KARTING: Dan l-aħħar fuq iċ-ċirkwit ta’ Sole Luna f’Vittoria, fi Sqallija intemm il-kampjonat reġjonali tal-karting ta’ Sqallija fejn iż-żagħżugħ Malti Clayton Mizzi kien dikjarat Champion tal-Kampjonat Rotax Max.
Il-kampjonat kien fuq tmien tlielaq, waħda minnhom fl-Italja. Din kienet it-tieni darba konsekuttiva li Mizzi rebaħ dan il-kampjonat wara l-ewwel wieħed is-sena l-oħra.
Ta’ min jirrimarka li s-sewwieqa kollha kollha li ħadu sehem għandhom esperjenza kbira u post fejn jitħarrġu waqt li Mizzi m’għandux dawn il-faċilitajiet. Madankollu s-suċċess tiegħu wera l-kapaċitajiet ta’ dan iż-żagħżugħ Malti. Din kienet it-30 tellieqa li Mizzi ħa sehem fiha barra minn Malta. Huwa jsuq ma’ Leotta Racing Team, wieħed mill-aħjar timijiet tal-Karting fl-Italja.
Barra Mizzi kien hemm ukoll żewġ sewwieqa oħra Maltin li wkoll kisbu riżultati mill-aqwa. Dawn kienu Jonathan Zammit li ħa sehem fil-kategorija Rok u Gianluca Dingli li saq fil-kategorija 125 Super Rok u temm it-tieni fl-aħħar round.
//= $special ?>