SIERRA LEONE: Il-President ta’ Sierra Leone iddikjara emerġenza fil-pajjiż minħabba l-marda tal-Ebola. Marda li s’issa kkawżat madwar 670 vittma kemm fi Sierra Leone kif ukoll il-Liberja u l-Guinea fejn feġġet il-marda l-ewwel darba fi Frar.
Il-Presdient ta’ Sierra Leone Ernest Bai Koroma qal li l-epiċentru tal-marda kien fil-Lvant u z-zona kienet qed titpoġġa taħt kwarantina u l-Armata kienet se tieħu l-kontroll.
In-Nazzjonijiet Uniti qalet li aktar minn 670 persuna fil-Punent tal-Afrika minn Frar s’issa mietu minħabba l-Ebola – marda li għaliha m’hemmx kura. Minn dawn 224 mietu fi Sierra Leone. Fost il-vittmi hemm it-Tabib Sheik Umar Khan li kien qed imexxi l-ġleida tal-pajjiż kontra l-marda.
Barraminhekk kienu introdotti diversi miżuri fl-ajruporti u portijiet. Fost l-oħrajn dawk li jidħlġu fil-pajjiż iridu jibdew jaħslu idejhom bid-disinfettant u tittieħdilhom it-temperatura.
Anki fil-Liberja kienu introdotti miżuri biex jippruvaw irażżnu l-marda. Il-Gvern ħabbar li l-iskejjel se jinżammu magħluqa biex jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Barrmainhekk xi partijiet tal-pajjiż se jitpoġġew taħt kwarantina.
Il-President tal-Liberja Ellen Johnson Sirleaf qalet ukoll li dawk il-ħaddiema tal-Gvern meqjusa bħala mhux essenżjali se jintbagħtu d-dar għal ġimgħatejn.
Dan hekk kif Iċ-ċentri emdiċi fil-kaptiali Monrovia mhux qed ilaħqu mal-ammont ta’ każi suspettati. Qed jiġri pażjenti qed ikollhom jiġu kkurati fid-djar tagħhom għaliex fl-isptarijiet m’hemmx post.
Barraminhekk tħabbar li llum kienet se tkun btala biex il-postijiet pubbliċi jiġu disinfettati.
Sadattant il-grupp umanitarju Amerikan, il-Peace Corps, ħabbar li kien se jirtira l-340 impjegat tiegħu mil-Liberja, Sierra Leone u Guinea wara li żewġ ħaddiema Amerikani tiegħu huma suspettati li setgħu ġew infettati.
Hemm tħassib f’pajjiżi madwar id-dinja minħabba l-possibbilta reali li xi ħadd infettat jista’ jivjaġġa lejn pajjiż ieħor. Dan peress li l-virus idum ġimgħatejn beix jiżviluppa.
//= $special ?>

