Internazzjonali

Gaża: 86,000 suldat Iżraeljan qed jieħdu sehem fil-ħidma militari

Hu stmat li total ta’ 86,000 suldat Iżraeljan qed jieħdu sehem fil-ħidma militari f’Gaża wara li ssejħu aktar Riservi. Dan wara laqgħa tal-Kabinett Iżraeljan, li fiha ġie deċiż li titkompla l-offensiva kontra l-Ħamas.

Dan hekk kif il-Gvern Iżraeljan qal li kien se jinvestiga l-qtil ta’ 15-il persuna din il-ġimgħa, li kienu qed jistkennu fi skola mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti u li ntlaqtet minn bomba Iżraeljana.