Lokali

Ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

Raġel ta’ 45 sena minn Marsaskala iddaħħal l-isptar Mater Dei isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur li kien qed isuq tat-tip Suzuki GSX1400.

L-inċident seħħ il-Ħamis għall-ħabta tat-8.10pm fil-Bypass tal-Marsa.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn hemmek ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.