Lokali

Ġuvni ta’ 25 sena fil-periklu tal-mewt

Ġuvni ta’ 25 sena, residenti l-Fgura jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa għall-ħabta tal-4pm.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni l-ġuvni safa’ milqut minn karozza tal-linja li kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Marsa minn raġel ta’ 59 sena residenti ż-Żejtun.

Fuq il-post issejħet Ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-isptar Mater Dei għall-kura medika. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata rigward dan il-każ, fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.