Il-lokal ta’ San Pawl il-Baħar qed ikompli jiżviluppa f’wieħed, jekk mhux l-aktar lokal f’Malta, fejn hemm jabitaw persuni min-nazzjonijiet differenti. Jirriżulta li f’dan il-lokal hemm persuni minn madwar 100 nazzjonalità differenti, bl-iskola tal-lokal ikun hemm fiha tfal li jitkellmu bi 30 lingwa differenti.
Din ir-realtà ta’ lokalità Maltija kienet imsemmija waqt attività f’San Pawl il-Baħar, li fiha l-komunità Marokkina f’Malta fakkret il-Jum Nazzjonali tal-Marokk. Fl-attivita tkellem il-Ministru Micahel Farrugia u rappreżentanti tal-komunità Marokkina u tal-Aċċess, li enfasizzaw l-importanza tal-integrazzjoni tal-komunitajiet b’persuni barranin fil-komunità Maltija.
Il-Ministru Farrugia tkellem dwar l-importanza li l-komunitajiet barranin ma jingħalqux fihom infushom iżda jintegraw fis-soċjetà. Qal li minbarra li jintegraw fil-komunità Maltija, il-komunitajiet barranin jistgħu u għandhom ikunu jgħinu lill-komunitajiet oħrajn ta’ barranin li jgħixu f’Malta.
Dan fil-fatt qed isir mill-komunità Marokkina f’Malta, li mhux biss tkun ta’ servizz għall-Marokkini li jgħixu f’Malta, iżda wkoll għal barranin oħrajn li jgħixu f’Malta.
//= $special ?>