Id-Direttur tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Margaret Chan, u l-Mexxejja tal-pajjiżi Afrikani tal-Punent li huma affettwati bl-epidemija tal-Ebola għandhom iħabbru pjan konġunt biex jikkonfrontaw dan il-virus qattiel li sallum sewa l-ħajja ta’ mijiet ta’ nies.
Il-pjan inkwistjoni mistenni li jiswa 75 miljun ewro, b’Chan u l-Mexxejja tal-Guinea, l-Liberja u Sierra Leone se jiltaqgħu, illum, f’Conakry, il-kapitali tal-Guinea biex jintroduċu l-inizjattiva.
Intant, il-Presidenza ta’ Sierra Leone iddikjarat emerġenza tas-saħħa pubblika minħabba l-Ebola u meta mifhum li mietu aktar minn 230 b’kaġun tal-virus f’dan il-pajjiż.
//= $special ?>

