Żewġ nisa Matin-Awstraljani li jinsabu Malta għal btala kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jagħmlux reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammettew li serqu kartiera mill-Oracle Casino. Josephine Saliba ta’ 61 sena u Maria Camilleri, oriġinarjament it-tnejn minn Birkirkara, ammettew li t-Tlieta li għadda għall-ħabta tat-3.30pm serqu b’madwar €100 mill-Oracle Casino fil-Qawra.
Quddiem il-Maġistrat Miriam Hayman irriżulta li huma wettqu s-serqa minħabba li għandhom il-vizzju tal-logħob. Il-Qorti qalet li dak li għamlu hija xi ħaġa stupida ħafna u qaltilhom li “billi tkunu Malta għall-btala ma jfissirx li tistgħu tagħmlu li tridu”. Minbarra l-ammissjoni ta’ serq, Camilleri ammettiet ukoll li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa.
L-Ispettur Godwin Scerri qal li ż-żewġ nisa ikkoperaw ħafna waqt l-investigazzjoni. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Simon Micallef Stafrace deher għall-akkużati.
//= $special ?>

