Futbol Sport

Ronaldinho mhux se jirtira

Il-futur ta’ Ronaldinho għadu inċert anke għalih innifsu imma l-eks internazzjonali Brażiljan eskluda kull possibilta` li se jirtira.
Wara li t-Tnejn ħarġet l-aħbar li l-plejer ta’ 34 sena se jitlaq lil Atletico Mineiro, ħuh Roberto de Assis li hu wkoll l-aġent tiegħu kien qal lill-plejers se jħabbar il-klabb il-ġdid tiegħu fil-jumejn li ġejjin.

Imma meta wasal iż-żmien għal Ronaldinho li jħabbar id-deċiżjoni, l-eks plejer ta’ Barcelona u Milan qal li għadu qed jirrifletti fuq il-futur.

“Għadni ma bdejtx nirrifletti fuq il-futur għaliex ħadt ftit jiem ta’ mistrieħ. Mill-ġimgħa d-dieħla nibda nara fejn hu l-futur tiegħi. Ħaġa waħda hi ċerta. Mhux se nirtira,” qal Ronaldinho li għalih jidher li hemm interess minn Boca Juniors u mill-MLS.