Lokali

Aġġornata: Żagħżugħ Sirjan jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari

Żagħżugħ Sirjan ta’ 18-il sena tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm fi Triq ta’ Paris, meta jirriżulta li s-Sirjan, li joqgħod Ħal Tarxien, kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni fl-Iskola tal-Gvern.

Iż-żagħżugħ miet l-Isptar Mater Dei wara li ttieħed b’Ambulanza, fejn kien iċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika u fil-periklu li jitlef ħajtu. Madankollu, wara ftit sigħat is-Sirjan tilef il-ġlieda kontra l-mewt.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li nħatru diversi esperti biex jassistu f’Inkjesta Maġisterjali.