Il-President ta’ Sierra Leone iddikjara emerġenza fil-pajjiż minħabba l-marda tal-Ebola. Marda li s’issa kkawżat madwar 670 vittma kemm fi Sierra Leone kif ukoll il-Liberja u l-Guinea fejn feġġet il-marda l-ewwel darba fi Frar.
Il-Presdient ta’ Sierra Leone Ernest Bai Koroma qal li l-epiċentru tal-marda kien fil-Lvant u z-zona kienet qed titpoġġa taħt kwarantina u l-Armata kienet se tieħu l-kontroll.
In-Nazzjonijiet Uniti qalet li aktar minn 670 persuna fil-Punent tal-Afrika minn Frar s’issa mietu minħabba l-Ebola, marda li għaliha m’hemmx kura. Minn dawn 224 mietu fi Sierra Leone. Fost il-vittmi hemm it-Tabib Sheik Umar Khan li kien qed imexxi l-ġleida tal-pajjiż kontra l-marda.
Barraminhekk kienu introdotti diversi miżuri fl-ajruporti u portijiet. Fost l-oħrajn dawk li jidħlżu fil-pajjiż iridu jibdew jaħslu idejhom bid-disinfettant u tittieħdilhom it-temperatura.
//= $special ?>

