Lokali

Ftit anqas minn 330,000 vettura fit-toroq Maltin u Għawdxin sal-aħħar ta’ Ġunju

Sal-aħħar ta’ Ġunju 2014, l-ammont ta’ vetturi rreġistrati f’pajji]na tela’ għal 329,053, li jfisser ]ieda ta’ 1.2% mit-tmiem tal-ewwel kwart tas-sena.

Statistika maħruġa mill-NSO, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, uriet li 79.3% minn dawn kienu vetturi privati, 14.2% huma vetturi kummerċjali, 5.4% kienu muturi, filwaqt li vetturi rreġistrati bħala xarabank jew mini bus ammontaw għal anqas minn 1%.

Dwar il-ħruġ ta’ liċenzji ġodda, l-istatistika tgħid li bejn April u Ġunju 2014 inħarġu 5,289, bl-akbar ammont, 78.5% minnhom kienu għall-vetturi privati u 10.7% kienu muturi. 2,447 mit-total kienu vetturi rreġistrati għall-ewwel darba, bid-differenza ta’ 2,842 kienu rreġistrati bħala ‘u]ati’.

L-istatistika turi wkoll li bejn l-istess tliet xhur kienu esportati 43 vettura. Il-vetturi li ġew iggaraxxjati ammontaw għal 2,022, filwaqt li dawk skrappjati ammontaw għal 801.

Mill-vetturi kollha fit-toroq tagħna sal-aħħar Ġunju, skont l-istatistika hemm 199,677 vettura li jaħdmu b’magni bil-petrol, filwaqt li 128,465 jaħdmu b’magni diesel.