Sport

Il-finali tas-Super Cup bejn Valletta u B’Kara għat-8 ta’ Awwissu

Ilbieraħ l-MFA ħabbret li l-l-finali tal-BOV Super Cup bejn Valletta u Birkirkara se tintlagħab nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, u tibda fis-7.30pm. Fl-istaġun li għadda Valletta rebħu l-kampjonat filwaqt li B’Kara spiċċaw fit-tieni post. Sena ilu, B’Kara kienu rebħu s-Super Cup meta għelbu lil Hibernians bi skor ta’ 3-2.

L-Istadium se jiftaħ fis-6.00pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun imqassma hekk-

West A – Birkirkara, West C – Valletta, Millennium D – Partitarji newtrali

Id-dħul fl-Istadium Nazzjonali jsir bil-cards elettroniċi tal-istaġun 2014-15.

L-adulti jridu jħallsu €7 filwaqt li dawk li għandhom il-karta anzajn iħallsu €4 għad-dħul. Tfal ta’ taħt it-12-il sena jħallsu €1. Il-biljetti tad-dħul jinxtraw bis