Il-Malta Arts Festival se jilħaq il-qofol tiegħu bil-Grand Finale għada filgħaxija, b’kunċert mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, li se jinkludi ripertorju mużikali mmexxi mis-Surmast Brian Schembri.
Il-kunċert se jsir fid-9pm fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt. Il-programm għas-serata jkopri s-cello concerto ta’ Elgar, bil-parteċipazzjoni tal-vjolin ċellist Russu Alexander Kniazev, Petrouchka ta’ Igor Stravinski u l-premiere Fetes, li hu xogħol ġdid mill-kompożitur Malti Karl Fiorini. Din il-kompożizzjoni ġiet ikkummissjonata f’ġieħ il-50 anniversarju mill-Indipendenza ta’ Malta.
Il-Malta Arts Festival ilu għaddej mill-14 ta’ Lulju u fih ħadu sehem artisti mill-Kroazja, mir-Renju Unit, minn Spanja, mill-Olanda, mir-Repubblika Ċeka, mill-Afrika ta’ Isfel u mir-Russja. Dawn ingħaqdu ma’ wħud mill-aqwa artisti Maltin f’festival li ra 18-il rappreżentazzjoni u programm separat b’sensiela ta’ workshops u master classes.
//= $special ?>