Internazzjonali Lokali

Il-PN jikkundanna l-ġlied f’Gaża

Il-Partit Nazzjonalista kkundanna bl-aktar mod kategoriku l-ġlied u l-qtil tal-innoċenti li qed jiġi rrappurtat li qed iseħħ f’Gaża. Fi stqarrija f’isem il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici, il-PN appella biex dawn it-tip ta’ attakki jintemmu minnufih.

Il-PN fakkar kif f’temp ta’ tliet ġimgħat inqatlu 1,360 Palestinjan. Dan hu aġir deplorabbli u qatt ma jista’ jiġi aċċettat, qal il-PN. Fl-aħħar sigħat, Mifsud Bonnici għamel ukoll kuntatt mal-Ambaxxatur Palestinjan f’Malta u esprima miegħu solidarjetà għal dak kollu li qed iseħħ.

Il-ġlied għandu jintemm minnufih u ż-żewġ partijiet għandhom ipoġġu fuq l-istess mejda għal diskussjoni ċivili, temmet tgħid l-istqarrija.