Olof Mellberg jirtira mill-futbol
L-eks plejer internazzjonali tal-Iżvezja Olof Mellberg ħabbar li irtira mill-futbol. Mellberg, difensur Ċentrali ta’ 36 sena lagħab l-aħħar mal-klabb ta’ Copenhagen. Fil-karriera tiegħu hu lagħab kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Italja u Spanja. Mellberg dam jilgħab ma’ Aston Villa mill-2001 sal-2008 filwaqt li lagħab ukoll ma’ Racing Santander u Juventus. Barra minn hekk Mellberg lagħab f’żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, fl-2002 u fl-2006 u hu t-tielet l-aktar plejer li qatt libes il-flokk nazzjonali tal-Iżvezja. Hu kien beda l-karriera tiegħu ma’ Degerfors IF fl-Iżvezja.
Cech jista’ jħalli lil Chelsea
Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho ta x’jifhem li l-gowlkiper Petr Cech se jitlaq lill-Blues. Cech ilu gowlkiper titulari ta’ Chelsea għal madwar 10 snin imma dan is-sajf Chelsea ġabu lura lill-gowlkiper Belġjan Thibaut Courtois, gowlkiper li kien ilu misluf lil Atletico Madrid tliet snin. Ħafna qed jispekulaw li Courtois se jkun il-gowlkiper titulari filwaqt li għal Cech hemm interess mingħand klabbs bħal ma huma Monaco u PSG.
F’kummenti li ta Mourinho dan qal, “Cech hu lest biex jissielet għal postu bejn il-lasti imma Courtois hu l-aqwa gowlkiper żagħżugħ fid-dinja, m’għandi l-ebda dubju dwar dan. Għalija se tkun problema pożittiva li nkun indeĊiż dwar min se nagħżel. Madankollu ma rridux ninsew lil Mark Schwarzer li għandu biżżejjed potenzjal biex jerġa’ jkun, bħal ma kien sena ilu, t-tieni gowlkiper.”
Falque ma’ Genoa
Genoa ħabbru li akkwistaw lil Iago Falque mingħand Tottenham. Fl-2011 Falque kien misluf lil Tottenham mingħand Juventus u erba’ xhur wara kien ingħaqad magħhom b’mod permanenti. Madankollu Falque naqas milli jikseb post regolari mal-ewwel 11 u lagħab anke ma’ Southampton b’self. Minn dakinhar ‘ lhawn dan lagħab ukoll fi Spanja u issa se jkun qed jilgħab ma’ Genoa, tim li staġun ilu spiĊĊaw fl-14-il post fis-Serie A.
Van Gaal juża l-kameras biex janalizza l-plejers
Il-manager il-ġdid ta’ Manchester United Louis Van Gaal se juża kameras ġodda installati madwar il-grawnd ta’ taħriġ f’Carrington biex janalizza l-movimenti tal-plejers tiegħu waqt il-partiti. Van Gaal hu kowĊ li jagħti attenzjoni kbira lid-dettalji fejn meta wasal għall-ewwel darba fl-Ingilterra kien qal li l-grawnd ta’ Carrington hemm ħafna riħ minħabba li mhux ipproteġut mis-siġar. Van Gaal ħa post l-eks kowĊ David Moyes li tkeĊĊa staġun ilu wara biss 10 xhur imexxi lir-Red Devils. Moyes kien ħa post il-manager leġġendarju Alex Ferguson.
Man Utd bħalissa qegħdin fuq Tour fl-Istati Uniti u l-logħba lio jmisshom hi kontra Real Madrid. Jista’ jagħti l-każ li l-eks plejer tagħhom Cristiano Ronaldo jilgħab kontra t-tim li kien jilgħab miegħu fil-passat.
Seedorf għadu marbut ma’ Milan
L-eks kowĊ ta’ Milan Clarence Seedorf żvela li għadu marbut b’kuntratt ma’ Milan u hu għalhekk li mhux qed jikkunsidra jkun kowĊ tat-tim nazzjonali Olandiż. Seedorf kien tkeĊĊa minn kowĊ ta’ Milan f’:unju u minfloku ħa postu eks plejer ieħor ta’ Milan, Filippo Inzaghi. Seedorf kien dam biss ħames xhur imexxi lil Milan wara li ħa post Allegri. Dan tal-aħħar, riĊentament ingħaqad ma’ Juventus minflok Antonio Conte.
Lopez se jħalli lil Real Madrid
Il-gowlkiper Diego Lopez qal li se jitlaq lil Real Madrid minħabba li qed jibża’ li mhux se jkollu postu regolari mal-ewwel 11. Staġun ilu Lopez kien il-gowlkiper titulari taħt it-tmexxija ta’ Carlo Ancelotti u kien biss lejn l-aħħar tal-istaġun fejn Iker Casillas beda jilgħab minfloku. Ftit tal-ġimgħat ilu Real laħqu ftehim mal-gowlkiper nazzjonali tal-Costa Rica Keylor Navas li jilgħab ma’ Levante u hu għalhekk Lopez qed jaħsibha biex jitlaq. Hu mifhum li Casillas se jkun il-gowlkiper titulari f’dan l-istaġun. Lopez, li ilu biss 18-il xahar ma’ Real Madrid lagħab 62 darba.
Intant, l-eks plejer leġġendarju ta’ Real, Raul hu mistenni jkun maħtur Direttur Sportiv fi ħdan il-klabb. Miguel Pardeza, li ilu Direttur Sportiv tal-klabb sa mill-2009 hu mistenni jħalli din il-kariga f’dawn il-ġimgħat. Ta min jiftakar li riĊentament, l-eks difensur u captain Fernando Hierro inħatar bħala assistent ta’ Ancelotti.
Ochoa ma’ Malaga
Malaga ħabbru li akkwistaw lill-gowlkiper nazzjonali Messikan Guillermo Ochoa. Ochoa, gowlkiper li kellu prestazzjonijiet mill-aqwa waqt it-Tazza tad-Dinja iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Ochoa, li għandu 29 sena kien bla klabb wara li l-kuntratt tiegħu ma’ Ajaccio intemm. Ochoa kien ilu ma’ Ajaccio sa mill-2011.
Jitolbu maħfra
Il-persuni li ħatfu lill-missier l-attakkant ta’ Juventus Carlos Tevez tallbu maħfra lill-plejer Arġentin u qalulu li għamlu dan għax kienu magħfusin għall-flus biex irabbu lill-familja.
Missier Tevez inħeles wara li kien inżamm ostaġġ għal tmien siegħat. Segundo Tevez kien ġie maħtuf fil-belt ta’ Buenos Aires fl-Arġentina u hekk kif ħarġet l-aħbar Tevez ħalla l-Italja u mar immedjatament f’pajjiżu. Hu mifhum li l-familja ta’ Tevez ħallset is-somma ta’ madwar 30 elf lira sterlina biex jinħeles Segundo. Minkejja li inħeles missieru, Carlos Tevez għażel li jibqa’ fl-Arġentina. Tevez trabba ma’ Segundo wara li missieru l-propja kien miet u ommu abbandunatu. Fil-passat ħu Juan Roman Riquelme kien ġie maħtuf filwaqt li ftit tal-ġimgħat ilu l-eks captain ta’ Inter Javier Zanetti kien mhedded b’pistola ma’ rasu qabel ma ta xi flus.
//= $special ?>

