Lokali

L-MMSA tħeġġeġ għall-kompromess

L-Malta Medical Students’ Association (MMSA) fi stqarrija qalet li segwiet mill-qrib l-aħħar żviluppi dwar il-protest ġudizzjarju li preżentat il-(Medical Association of Malta) MAM kontra l-Universita ta’ Malta u kontra l-UMASA u l-Malta Union of Teachers (MUT). Sakemm din il-kwistjoni tkun solvuta dan il-protest se jkun akkumpanjat b’azjonijiet industrijali li fost l-oħrajn jinkludi s-sospensjoni tal-lecture fi skola medika. Għalhekk l-MMSA irriffermat il-pożizzjoni tagħha biex jitħarsu l-interessi tal-istudenti kolla tal-mediċina f’ Malta, u għalhekk appella lil dawk konċernati biex jilqgħu kompromess malajr.