Hekk kif qed jitfakkar il-100 anniversarju minn mindu bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija, li minħabba l-brutalità kbira li kien fiha kien maħsub li warajha l-bniedem ma kienx se jidħol f’aktar gwerer, in-National Archives fir-Renju Unit fassal mappa bir-rwol li kellhom diversi pajjiżi f’din il-gwerra.
Fl-ewwel fażi tal-mappa interattiva, li ħarġet għall-pubbliku llum, hemm il-pajjiżi tal-Imperu Ingliż, fosthom Malta.
Fost affarijiet interessanti oħrajn, hemm ukoll tagħrif dettaljat dwar il-Maltin li servew fl-Ewwel Gwerra Dinjija, kif ukoll dokumenti rari.
//= $special ?>