Lokali

Sejba ta’ sustanza ta’ droga f’ċella fil-Ħabs ta’ Kordin

Il-Pulizija qed tinvestiga s-sejba ta’ sustanza ta’ droga f’ċella ta’ żewġ priġunieri. Il-Pulizija fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kienu nfurmati mill-Control Room tal-Faċilità li nstab trab suspettuż li jista’ jkun droga.

Meta l-Pulizija marru fil-post, kienu nfurmati li żewġ Uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabu d-droga waqt tfittxija f’ċella f’Diviżjoni 4, fejn hemm priġunier Malti u ieħor aktarx barrani. Rapport fil-ġurnal In-Nazzjon jgħid li nstab trab fuq il-mejda taċ-ċella u ħdejn it-tieni priġunier. Fuq dan, instabet ukoll karta mkebba b’xi trab ieħor ta’ sustanza.

Miċ-ċella ġiet elevata s-sustanza suspettuża u saret inkjesta minn Maġistrat, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-investigazzjonijiet.