Żona ta’ madwar tliet kilometri kwadri fil-belt ta’ Kaohsiung saru jixbhu zona tal-gwerra wara li splodew il-pajpijiet tal-gass li hemm taħt l-art.
L-isplużjonijiet u n-nirien li kkawżaw swew il-ħajja ta’ 25 persuna u ferew 267 persuna oħra. Il-qawwa tal-isplużjonijiet qalgħet ukoll it-toroq li taħthom kien hemm il-kanen.
Xhieda qalu li kienu ilhom diversi sigħat ixommu riħa qawwija ta’ gass fl-inħawi u hekk kif pulizija tat-tifi tan-nar marru jaraw jekk kienx ħiereġ xi gass, sploda kollox. Fil-fatt, fost il-mejtin hemm erba’ pulizija tat-tifi tan-nar li marru jinvestigaw ir-riħa.
Hekk kif il-kanen ta’ taħt l-art bdew jisplodu, bdew jiġu kkawżati vampi tan-nar li wħud minnhom kienu għoljin 20 sular, u l-art bdiet titriegħed.
//= $special ?>
