Lokali

25 Malti abbord catamaran fi triqtu lejn Malta mill-Libja

Il-catamaran tal-Virtu Ferries San Ġwann ħalla Malta il-bieraħ filgħaxija fis-siegħa u kwart ta’ filgħodu bid-destinazzjoni tkun il-kapitali Libjana Tripli. Il-vjaġġ lejn il-kapitali Libjana sar fuq bażi charter mill-kumpanija Hyundai sabiex jiġu evakwati l-ħaddiema ta’ l-istess kumpanija mill-kapitali Libjana.

Il-catamaran ħalla Tripli llum għal ħabta tas-siegħa ta’ wara nofs in-nhar u jinstab issa fi triqu lejn Malta fejn mistenni jasal illejla. Abbord hemm 251 passiġier inkluż 25 persuna minn Malta.

Il-Maltin abbord il-catamaran kienu aċċettati abbord b’xejn bħala ġest mill-kumpanija Virtu Ferries u l-kumpanija Hyundai.