Talanqas 65 persuna tilfu ħajjithom fi splużjoni li seħħet ġo fabbrika fl-inħawi tal-Lvant taċ-Ċina u bir-rapporti jgħidu li l-inċident anki ħalla ‘l fuq minn 100 midruba.
It-traġedja seħħet fil-belt ta’ Kunshan, li tinsab fil-provinċja ta’ Jiangsu u bl-isforzi tas-salvataġġ fl-inħawi jdumu għaddejjin għal sigħat.
Il-fabbrika hi l-proprjeta tal-kumpannija Zhongrong Plating li timmanifattura l-partijiet tal-karozzi u timpjega mal-450 ħaddiem. Ir-rapporti qalu wkoll li l-kumpannija Amerikana General Motors hi fost il-klijenti ta’ din l-entita Ċiniża.
Sadanittant, l-awtoritajiet komunisti f’Kunshan qegħdin jinvestigaw il-kaġun tal-isplużjoni li seħħet ġo workshop tal-fabbrika li dak il-ħin kien ippakkjat bil-ħaddiema.
//= $special ?>

