Għaddas Żvediż ta’ 39 sena tilef ħajtu traġikament waqt li kien qed jgħodds fl-inħawi tal-Aħrax tal-Mellieħa.
Minn informazzjoni li għandu Maltarightnow.com jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar hekk kif il-pulizija daħlitilha talba għall-għajnuna.
Għal xi raġunijiet mhux magħrufa, l-għaddas sab ruħu f’diffikultajiet u ttella’ mill-baħar permezz ta’ ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sfortunatament ir-raġel kien ċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ tagħha, b’diversi esperti jassistu lill-Maġistrat tal-Għassa fl-inkjesta li nfetħet dwar dan il-każ.
//= $special ?>

