L-għaqda studenteska ELSA (Malta), European Law Students Association, eleġġiet il-Bord Eżekuttiv għas-sena 2014-2015 matul Laqgħa Ġenerali Annwali. Laqgħa li fiha Deo Falzon ġie elett bħala President filwaqt li Michael Agius kien konfermat bħala Segretarju Ġenerali. Anselmo Mifsud Bonnici ser ikun qiegħed iservi fil-kariga ta’ Teżorier.
Katya Gatt, James Debono, Beverly Tonna u Adriana Magro ser iservu fil-kariga ta’ Viċi President fejn kull persuna għandha inkarigu speċifiku u differenti mill-ieħor. Nigel Micallef ser ikun qed iservi fil-kariga ta’ President tal-Student Trainee Exchange Programme.
Il-bord eżekuttiv ħatar lil Mario Frendo bħala Direttur għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-Politika Soċjali filwaqt li Michaela Pace ġiet appuntata Direttur għall-Pubblikazzjonijiet.
F’Mejju ta’ din is-sena l-għaqda ELSA kienet ġiet premjata mill-Kunsill Studenti Universitarji għar-riżultati eċċellenti miksuba matul is-sena.
//= $special ?>

