Il-ġlied fil-lvant tal-Ukrajna qiegħed ikompli jkun ta’ xkiel għall-esperti internazzjonali li qegħdin jeżaminaw ix-xena fejn tniżżel l-ajruplan MH17. Inċident li seħħ fis-17 ta’ Lulju u ħalla 298 vittma.
Il-ġlied qiegħed iseħħ f’numru ta’ villaġġi qrib is-sit u mhux fuq is-sit innifsu. B’hekk filwaqt li l-ħidma kompliet din qegħda ssofri xkiel. Fil-preżent is-sit mhuwiex taħt il-kontroll sod ta’ ebda naħa jiġifieri la tal-gvern ta’ Kiev u l-anqas tas-separatisti favur ir-Russja.
//= $special ?>

