L-aħħar Maltin fl-azzjoni waqt il-Logħob tal-Commonwealth fi Glasgow l-Iskozja, kienu t-tfajliet Maltin fir-relay 4x100m tal-atletika.
It-tim Malti magħmul minn Rebecca Camilleri, Diane Borg, Rebecca Sare’, u Rachel Fitz ħadu sehem fl-ewwel heat ta’ din il-kompetizzjoni. B’ħin ta’ 46.75 sekondi l-Maltin spiċċaw fis-sitt post iżda ma għaddewx għall-finali.
B’hekk intemmet l-avventura tal-Maltin fi Glasgow fejn ir-riżultati kienu sodisfaċenti għall-atleti Maltin, fejn għal tliet darbiet konna viċin li nirbħu midalja tal-bronż. Dan kien fl-isparar fil-kompetizzjoni double trap, fejn iż-żagħżugħ Nathan Lee Xuereb tilef il-logħba għal bronż wara prestazzjoni mill-aqwa.
Żewġ lottaturi David Galea u Adam Vella ukoll għaddew għall-fażi tal-midalja tal-bronż wara li rebħu l-logħbiet tagħhom fir-repercharge, iżda kemm Galea kif ukoll Vella naqqsu milli jirbħu l-midalja tal-bronż.
//= $special ?>