Lokali

Prostesta simbolika mill-Palestine Solidarity Network f’Malta

Iż-żona ta’ ħdejn il-Parlament il-ġdid fil-belt kapitali Maltija ħadet xejra ta’ jum ta’ gwerra bi hsejjes ta’ sparar u bombi waqt Jum ta’ Azzjoni b’Solidarjeta man-Nies ta’ Gaza organizzata mill-Palestine Solidarity Network dalgħodu.

Il-protesta kella l-għan li tirrifletti l-attakki mdemmija f’Gaza li qed iwasslu għal numru kbir ta’ mwiet. Matul il-protesta numru ta’ Maltin u Palestinjani mteddu fuq it-taraġ ħdejn il-Parlament f’ġest simboliku li juri l-imwiet li qed iseħħ f’dan il-pajjiż.

Il-koordinatur tal-protesta Andre Callus qal li dak li qed iseħħ f’Gaza jista’ jiġi deskritt biss bħala ġenoċidju u saħaq li l-Maltin ma jistgħux jibqgħu siekta quddiem dak li qed jiġri hekk kif l-Iżrael qed jattakka sptarijiet, kampijiet tar-refuġjati u skejjel.

L-attakki Iżraeljani fuq Gaza ħallew iktar minn 1,280 Palestinjan mejjet b’medja ta’ tifel jew tifla Palestinjana maqtula kull siegħa.