Serena Williams kompliet tirkupra l-aqwa forma tagħha meta għelbet lil Ana Ivanovic fi tliet sets biex għaddiet għas-semi finali ta’ Stanford Bank of The West Classic.
Iżda fis-semi finali mhux se ssib lil oħtha Venus li kienet eliminata fil-kwarti finali meta tilfet kontra Andrea Petkovic 6-1, 3-6, 7-5.
Kontra Ana Ivanovic Serena Williams kellha titħabat wara li tilfet l-ewwel set 2-6. Fit-tieni set Williams uriet is-solitu tennis b’saħħtu fejn rebħet is-set 6-3, u fit-tielet set li kien l-iktar wieħed bilanċjat, Serena Williams rebħitu 7-5.
Is-semi finali l-oħra se tkun bejn il-Ġermaniża Angeliquye Kerber u l-Amerikana Varvara Lepchenko. Kerber għelbet lil Garbine Muguruza ta’ Spanja 6-2, 6-1, filwaqt li Lepchenko għelbet lill-Amerikana l-oħra Sachia Vickery 6-1, 6-0.
//= $special ?>

