Lokali

Filmat: Speed Boat tieħu n-nar fil-Balluta

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ ħdejn il-Bajja tal-Balluta f’Tas-Sliema għall-habta tal-11.30 ta’ filgħodu meta speed boat ħadet in-nar weħidha f’mument meta fuqha ma kien hemm l-ebda persuna.

Għawwiema li kienu f’din l-bajja ffrekwentata innutaw nirien qawwija fuq l-ispeed boat li kienet marbuta ‘l barra minn fejn jgħumu n-nies iżda viċin numru ta’ dgħajjes oħra.

Kaġun tan-nirien l-ispeed boat inqatgħet minn mal-ħabel tal-mażra bil-konsegwenza li bdiet tinġarr mill-kurrent ‘l ġewwa lejn il-bajja fejn kienu qed jgħumu n-nies.

Jirriżulta li minkejja li ħdejn l-ispeed boat kien hemm numru ta dgħajjes oħra, l-ispeed boat taqbad ma ħabtet mal-ebda waħda minnhom biex b’hekk ma wasslitx biex in-nirien jinfirxu għal dgħajjes oħra.

Fuq il-post issejħet fire engine tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tug boat li tintuża fit-tifi tan-nar ta’ dgħajjes fuq il-baħar. Il-kurrent baqa’ jġorr id-dghajsa ‘l ġewwa sakemm n-nirien kienu kontrollati. L-ispeed boat inqerdet għal kollox.

Segwi l-filmat ta’ Mario Xuereb.