Lokali

Żewġ barranin midruba gravi f’inċident f’Raħal Ġdid

F’inċident tat-traffiku f’salib it-toroq bejn Triq Ħal Tarxien u Triq il-Palma biswit Pjazza Antoine de Paule f’Raħal Ġdid żewġ barranin dalgħodu sfaw midruba serjament meta l-karozza li kienu fiha ħabtet ma’ karozza tal-linja.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja bil-barranin jkunu qegħdin isuqu karozza Kia. Fuq il-post issejħu membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex ħarġu lil barranin mill-vettura. Il-barranin ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.