Lokali

Intervista mal-Isqof Malti f’Bengazi Silvestru Magro

L-Isqof Malti f’Bengazi Silvestru Magro, li jmexxi l-komunita’ nisranija f’Bengazi, saħaq f’intervista li l-unika miżura ta’ sigurta’ f’din it-tieni l-ikbar belt Libjana, hi li wieħed jibqa’ f’daru u ma joħroġx għal xejn b’xejn.

L-Isqof Magro sostna li għalissa mhux qed jikkunsidra li jitlaq mil-Libja għax għad baqa’ numru sostanzjali ta’ kattoliċi f’Bengazi.