Mara Ingliża ta’ 24 sena nefqet aktar minn $30,000 biex tkun tixbah lill-istilla tar-reality show Kim Kardashian. Barra minn hekk għamlet ukoll xi operazzjonijiet biex tipprova tiġi bħalha eżatt.
Claire Leeson, li tgħix Londra, ossessjonat ruħha b’Kim Kardashian, li għandha 33 sena, wara li ratha fil-programmi “Keeping Up with the Kardashians” fl-2009, l-aktar “għax in-numru ta’ ħutna hu l-istess,” qalet.
“Meta rajtha tant sabiħa nġbidt lejha,” kompliet tgħid l-Ingliża. “U anki kif targumenta u tirraġuna huma bħali eżatt ukoll.”
Leeson ma qagħditx lura milli tonfoq kemm kien hemm bżonn għall-bidla tagħha. Nefqet $8,500 biex tkabbar sidirha, eluf ta’ dollari biex tbajjad snienha u aktar minn $1,700 fi spray biex ikollha l-kulur tal-ġilda bħal tal-Amerikana. Naturalment imbagħad kien hemm l-infiq fi ħwejjeġ u żraben biex jaqblu ma’ tagħha.
//= $special ?>