Lokali

Possibbilta li fil-qiegħ tal-Port il-Kbir jinstabu oġġetti ta’ valur arkeologu u storiku

Il-Port il-Kbir jibqa’ żona ta’ misteri dwar dak li jista’ jkun hemm propju fil-qiegħ tiegħu u li ilu hemm mijiet kbar ta’ snin.

Għar-riċerkaturi u l-istoriċi l-Port il-Kbir hu żona li minnha, jekk isir aniliżi profond u dettaljat, jistgħu jittellgħu oġġetti ta’ valur kbir għall-istorja ta’ Malta.

Tkellimna mal-bioloġu u għaddas Alan Deidun li jgħodos regolamnet fuq siti ta’ vaopurir mgħarrqa fil-Port il-Kbir. Huma siti, bħal dik tal-HMS Maori, li minbarra l-aspett storiku fiha hemm ukoll element bioloġiku.