Wara 70 sena minn meta ttajret mill-Militar Ingliż, l-Ark tal-Akwidott se terġa tinbena fuq inizjattiva ta’ Kunsillieri Nazzjonalisti ta’ Birkirkara u l-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur de Lys.
L-ark kien monument li jagħti ġieħ lill-proġett li wassal l-ilma minn nixxiegħat tar-Rabat u Ħad-Dingli sal-Belt il-ġdida. Mhux biss l-akwedott ta ħajja lill-Belt Valletta, iżda kien strumentali biex jiżdied il-kummerċ matul ir-rotta tieghu, jgib bidliet demografici kbar u jixpruna l-izvilupp ta’ rhula godda.
Kien jaqdi wkoll il-ħtigijiet tal-irħula fosthom ta’ Ħ’Attard, Ħal Lija, Ħal Balzan, B’Kara, il-Mosta, Ħaż-Żebbug, il-Ħamrun, Ħal Qormi, il-Furjana u l-Belt Valletta.
Lura fl-1999 il-Kunsill tal-Birkirkara waqqaf Kumitat immexxi mis-Sindku ta’ dak iż-żmien Tonio Fenech biex jirrestawra u jsebbaħ l-Arkati tal-Akwedott minn Ħ’Attard sa Santa Venera.
Wara talbiet mill-Awtortita’ tal-ippjanar biex issir garanzija bankarja u l-Kumitat Amministrattiv ta’ Fleur de Lys talab biex jerga japplika għal permess tal-MEPA, il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara permezz tas-Sindku Michael Fenech Adami kien applika għal permess, li ntlaqa mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fl-2012.
Il-progett li l-ispiża tiegħu se tlaħħaq madwar €200,000 se ssir minn kumpanija minn Ħal Qormi li rebħet is-seħja ghall-offerti.
Il-Partit Nazzjonalista, l-Kumitat Amminsitrattiv ta’ Fleur de Lys, il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista ta’ B’Kara u Santa Venera huma sodisfatti li dan il-monument majestuz se jiehu postu u jerga jinbena kif jixraq.
//= $special ?>
