Internazzjonali Kurżitajiet

Ta’ 9 snin jiżżewweġ mara ta’ 62 sena diġà miżżewġa

Helen Shabangu, mara ta’ 62 mill-Afrika ta’ Isfel, iżżewġet lil Saneie Masilela ta’ disa’ snin. Biex aktar tkun kompluta, jarahom jiżżewġu kien hemm Alfred Shabangu, ta’ 66 sena, ir-raġel tal-mara.

Iċ-ċerimonja taż-żwieġ saret fil-belt ta’ Ximhungwe fil-punent tal-pajjiż. Preżenti għal dan iż-żwieġ mhux tas-soltu kien hemm ukoll il-ħamest itfal tal-mara bit-tfal tagħhom.
Il-koppja Shabangu qalet li huma aċċettaw li ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ wara li xi antenati mejta tagħhom qalulhom biex jagħmluha.

Il-mara qalet li hi u t-tfal tagħha huma ferħanin għax lanqas kellhom xi problema li hi tiżżewweġ lit-tifel.

“U ma jimpurtanix x’jgħidu n-nies,” kompliet tgħid.

It-tifel wara ż-żwieġ qal li meta jkollu aktar snin jixtieq li terġa’ ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ.
“Ferħan ħafna li żżewwiġt lil Helem,” qal Saneie. “Imma issa rrid immur l-iskola u nistudja ħafna ħafna.”

Helen sostniet li hi kuntenta li t-tifel għażel lilha u l-appoġġ li sabet mill-familja tagħha se jgħin biex iferraħ lill-antenati tagħha.