Dan ir-ritratt ittieħed minn żagħżugħ li joqgħod fiż-żona ta’ San Ġiljan wara li nnota taħżiża fuq l-‘intercom’.
Hu tella’ dan ir-ritratt fejn staqsa x’jista’ jkun li tfisser filwaqt li spjega li nduna bit-taħżiża wara li quddiem il-bieb tal-garaxx tiegħu nnota vann aħdar b’numru tar-reġistrazzjoni barrani.
Kompla li fil-vann, li damet aktar minn nofs siegħa quddiem ir-residenza tiegħu, innota wkoll żewġt’ irġiel barranin ta’ ġilda skura li saqu mill-post hekk kif raw liż-żagħżugħ fil-gallarija.
Iż-żagħżugħ apella biex jekk xi ħadd induna b’xi ħaġa simili jagħmel rapport lill-pulizija. Għal l-appell irrispondew numru ta’ persuni li nfurmawh li din it-taħżiża tista tkun messaġġ użat internazzjonalment minn ħallelin bi pjan biex iwettqu serqa. Fl-aħħar ġimgħt daħlu numru kbir ta’ rapporti ta’ serq għand il-pulizija mill-inħawi ta’ San Ġiljan u Tas-Sliema.
L-istess żagħżugħ iktar tard kiteb li għamel rapport lill-pulizija dwar dan il-vann aħdar bin-numru tar-reġistrazzjoni CO2478AX. Madankollu l-Pulizija nfurmawh li dan in-numru ta’ reġistrazzjoni hu falz.
//= $special ?>


