Tarbija ta’ sena u xahrejn tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet madwar 3 piedi f’San Lawrenz Għawdex.
Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni it-tifel waqa minn għoli ta’ tliet piedi f’residenza f’San Lawrenz sofra ġrieħi gravi.
It-tarbija li hi ta’ nazzjonalita’ Amerikana, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.
Il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini fetaħ inkjesta bl-għajnuna ta’ diversi esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin
//= $special ?>