Internazzjonali

2,500 suldat f’Yunnan biex jassistu fil-ħidma ta’ salvataġġ

Iċ-Cina bagħtet mal-2,500 suldat fil-provinċja ta’ Yunnan biex jassistu fil-ħidma ta’ salvataġġ wara li terremot li kejjel qawwa ta’ 6.1 fuq l-iskala Richter hezzez ir-reġjun.

Iktar minn 380 persuna nqatlu u madwar 1,800 indarbu serjament fit-terremot.

L-Isptarijiet fl-inħawi jinsabu ffullati u qed isibuha difficli biex ilahhqu mal-midruba. L-Aġenzija tal-ahbarijiet Xinhua qalet li mat-12-il elf residenza nqerdu u 30,000 ġarrbu ħsarat konsiderevoli.