Iċ-champion Olimpiku u mondjali Usain Bolt qal li issa se jiffoka fuq il-kategorija tal-200 metru aktar milli dik tal-100 metru. Fi tmiem il-Ġimgħa l-atleta :ama jkan rebaħ midalja tad-deheb waqt il-Logħob tal-Commonwealth hekk kif għen lit-tim tar-relay jirbaħ id-deheb fil-4x100m.
Bolt, li għandu 27 sena minn dejjem qal li l-ħsieb tiegħu hu li jirtira mill-2017.
“Nemmen li irbaħt biżżejjed fil-100 metru. Naf li n-nies jieħdu gost jarawni nikkompeti fil-100m imma jien nixtieq nirbaħ u nwaqqaf rekords ;odda fil-200 metru,” qal Bolt.
Ta min jiftakar li Bolt, fl-2009, waqt il-kampjonati mondjali f’Berlin kien waqqaf rekord mondjali kategoriji u sentejn ilu rebaħ id-deheb fit-tnejn li huma fl-Olimpjadi ta’ Londra imma ma irnexxilux itejjeb ir-rekord tiegħu stess. Sentejn oħra Bolt mistenni jiddefendi dawn it-titli waqt l-Olimpjadi ta’ Rio fil-Brażil.
Bolt qal li l-għan tiegħu hu li jagħmel il-200m ta[t id-19-il sekonda. “Aktar ma jgħaddi żmien aktar qed insiha diffiċli biex nibqa’ nżomm il-kundizzjoni li kelli meta kont fl-aqwa tiegħi,” kompla jgħid Bolt. Dan tal-aħħar issa jmissu jtellaq fuq il-bajja ta’ Copacabana fl-14 ta’ Awwissu.
//= $special ?>