Internazzjonali Lokali

Filmat: L-emozzjonijiet u l-pożizzjoni tal-ħaddiema Maltin fil-Libja

L-emozzjonijiet u l-pożizzjoni tal-ħaddiema Maltin fil-Libja kienu espressi minn ħaddiem Maltti li ilu 25 sena jaħdem fid-deżert fil-Libja u li b’qawwa qed jappella lill-Gvern Malti biex quddiem iil-kriżi li hemm fil-Libja bħalissa joħroġ liċ-ċittadini Maltin mill-iktra fis mill-pajjiż.

Il-kummenti tal-ħaddiem Malti Saviour Brincat, li hu mpjegata mal-kumpanija Najaco fil-kariga ta’ manager tal-crew u għandu responsabbilta ta’ 200 persuna, ingħataw lill-ġurnalisti Maltin hekk kif hu ħareġ mis-sala tal-wasliet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

F’dak il-ħin il-ġurnalisti Maltin kienu qed jistennew lit-tifel mill-Eritrea li reġa ngħaqad ma’ missieru iżda Saviour Brincat ried iwassal messaġġ permezz tal-kummenti diretti tiegħu ta’ rbaja għlal-mod kif l-awtoritajiet Maltin qed jitrattaw liċ-ċittadini Maltitn fil-Libja.

Saviour Brincat spjega li minn meta beda l-ġlied lill-kumpanija li jaħdem magħha nsterqulhom tliet karrozzi. Hu qal li hu ilu mill-15 ta’ Lulju jipprova jikkuntattja lill-aworitajiet Maltin dwar il-kriżi fil-Libja fosthom permezz ta’ emails lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u liċ-Ċentru tal-Kriżi li jopera fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja.

Mistoqsi jekk hu kienx qed isib appoġġ mill-Gvern Malti dwar is-sitwazzjoni tiegħu, il-ħaddiem Malti sostna li l-uniku tweġibiet li kien qed jingħata kienu biex jistnnew. Brincat sostna li la lbieraħ u lanqas fl-2011, lilu ma ġabuhx l-awtoritajiet Maltin mil-Libja.

Għal mistoqsija x’itp ta’ appoġġ kien qed jingħata mill-ambaxxata Maltija fil-Libja u mill-Ambaxxatur Malti għal-Libja Mannie Galea, Saviour Brincat li hu kien qed jingħata biss “appoġġ morali”.

Lill-Gvern Malti, sostna Saviour Brincat, jien kont qed ngħidlu kontinwament dwar il-gravita tal-każ tiegħi iżda minkejja dan lili ma kkuntattjani jew kellimni ħadd.

Saviour Brincat kompla li l-ħaddiema Maltin fil-Libja li jinsaba fil-pożizzjoni li hu kien fiha fil-pajjiż qegħdin fil-periklu għaliex hu lanqas kellu protezzjoni.

Il-ħaddiem Malti Saviour Brincat appella lill-awtoritajiet Maltitn biex mill-iktar fis joħorġu liċ-ċittadni Maltin mil-Libja u jsostni li dan għandu jsir billi jingħataw il-mezzi u mhux biss bil-aproli. Ħafna mill-Maltin li jinsabu fid-deżert jinsabu fil-periklu għaliex mhux kollha jistgħu jużaw l-ajruplani u jekk jużaw it-toroq, il-periklu jikber ħafna, sostna Saviour Brincat, li kompla li fil-pajjiż bħalissa heemm aċeċss totlai għallamri li bħaliss ajinsabu fl-idejn.

Fil-kummenti tiegħu Saviour Brrincat espriema opinjoni favur li jkunu pprovduti titjiriet lill-Malitn biex dawn jinħarġu mil-Libja u spjeg kif hemm diversi airstrips ifl-Libja li jistgħu jintużaw. Saviour Brincat sostna li dan mhux każ li jingħad li s-sitwazzjoni mhix allrmanti għaliex hu ilu tliet ġimgħat jipprova joħroġ mil-Libja.

Fil-kummentit tiegħu Saviour Brincat sostna li ftit ilu hu kien informat li kien se jintbgħat ajruplan u għalhekk għamel il-preparamenti kollha biex jirrritorna Malta iżda wara li kien anki nforma lin-nies tiegħu li se jitlaq, qalulu li kien biss drill. Lill-awtoritajiet Maltin appellajtilhom biex jieħdu ħsieb lill-Malitn li hemm fil-Libja u bħala prova ta’ dan tajohm rġaunijiet serji, sostna Saviour Brincat. Hu qal li minn mindu bagħat din l-email lill-awtoriajiet Maltin, il-kuntatt miegħu inqata’ u la kellu risposti u lanqas spjegazzjonijiet.