L-Oppożizzjoni tinsab inkwetata dwar il-mod kif il-Gvern qed jirrispondi għall-kriżi fil-Libja. F’kummenti li dalgħodu ta lill-ġurnalisti, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Oppożizzjoni mhux qed tkun infurmata dwar l-isforzi tal-Gvern biex jissalvagwardja ċ-ċittadini Maltin.
Simon Busuttil staqsa għaliex il-Gvern Malti m’ordnax l-evakwazzjoni taċ-ċittadini Maltin, minkejja li numru ta’ pajjiżi oħrajn ilhom li għamlu dan ġimgħat qabel. Hu kkritika wkoll il-fatt li l-Gvern mhux qed jagħti l-appoġġ finanzjarju lill-Maltin biex jaħarbu mill-ġlied fil-Libja.
Il-kumment tal-Kap tal-Oppożizzjoni wasal wara li madwar 110 persuni daħlu kmieni dalgħodu daħlu Malta abbord il-bastiment HMS Enterprise wara li kienu evakwati minn Tripli.
//= $special ?>

