Lokali

Gilbert Lucas Bugeja jiltaqa’ ma’ Simon Busuttil

U t-tfajjel Gilbert Lucas Bugeja, li għamel suċċess għalih innifsu u għal Malta ltaqa’ mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil.

Gilbert-Lucas Bugeja u Kelly Chircop kisbu l-ewwel post fil-qasam taz-zfin fil-programm televisiv Taljan Una Stella Sta Nascendo. Dan huwa program propolari ta’ divertiment segwit minn miljuni ta’ telespettaturi fuq Sky Italia. Din il-koppja waslu sal-finali minn 384 zeffiena li kienu qed jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni u wkoll ġew kklassifikati fit-tieni post ‘overall’ mill-parteċipanti kollha; kantanti u żeffiena.

Fost il-ġurija barraninin kien hemm Garrisson, persuna famuża ħafna fil-programm televiżiv AMICI li beda l-karriera artistika tiegħu bħala żeffien u iktar ‘il quddiem bhala korjografu. Kien Garrisson innifsu li ppreżenta t-trofew lil koppja Maltija għax hu wera nteress kbir fit-talent ta’ din il-koppja u talab permess sabiex jibqa’ isegwihom fil-karriera tagħhom.

Gilbert-Lucas u Kelly huma żeffiena internazzjonali taz-zfin Latin Amerikan kkowċjati minn Chris Zammit ta’ Chris Dance Centre. Huma żeffiena prominenti li jiżfnu diversi tipi ta’ zfin differenti. Huma membri tal-għaqda għolja ta’ żfin World Dancesport Federation, irrapreżentata f’Malta mill-MDA.

Iktar tard din is-sena Gilbert-Lucas u Kelly se jirrapreżentaw lil Malta f’kompetizzjonijiet oħra internazzjonali barra minn xtutna.

Simon Busuttil awgura lid-duo iktar suċċessi fil-futur.