F’dawn is-sigħat, il-Medda ta’ Gaża qed tara waqfien temporanju mill-ġlied biex tkun tista’ tingħata għajnuna umanitarja. Il-waqfien mill-ġlied temporanju tħabbar minn Iżrael u jinsab fis-seħħ f’diversi partijiet ta’ Gaża.
Kelliem Militari Iżraeljan qal li dan il-waqfien mill-ġlied li daħal fis-seħħ fl-10am (9am f’Malta) u se jibqa’ fis-seħħ sal-5pm (4pm f’Malta), ma jgħoddx għall-belt ta’ Rafah. Wissa li f’każ li jiġu attakkati, it-truppi Iżraeljani lesti jwieġbu għall-attakki.
Fis-sigħat li għaddew, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon sejjaħ attakk mill-Iżraeljani fuq skola mmexxija min-NU bħala “għajb morali” u “att kriminali”. Min-naħa tagħhom, uffiċjali Palestinjani qalu li dan l-attakk ħalla 10 persuni mejta. Iżrael qed jgħid li jinsab viċin li jilħaq il-mira tiegħu fil-missjoni f’Gaża, filwaqt li qal li qed jirtira t-truppi tiegħu minn diversi żoni.
//= $special ?>

