Lokali

Jinstabu iktar marki mal-propjetajiet f’Tal-Ibraġġ u Tas-Sliema

Dan ir-ritratt ittieħed minn raġel li joqgħod f’Tal-Ibraġġ wara li nnota taħżiża forma ta’ vleġġa mal-qampiena.

L-istorja li żvela dan is-sit ilbieraħ, dwar it-taħżiż mal-propjetajiet ta’ San Ġiljan u l-madwar, li allegatament huma messaġġi użati mill-kriminali biex jagħtu l-assalt għall-propjeta’ ppjanata minn qabel, wasslet biex iktar persuni għaddewlna iktar ritratti li juru dawn is-sinjali mal-propjetajiet tagħhom.

Jidher li din l-istorja, li għall-aħħar jumejn kienet fost l-iktar segwiti fuq Maltarightnow, wasslet biex qajmet għarfien fost is-sidien tal-propjetajiet f’dawn l-inħawi. Familja mill-Ibraġġ filfatt bagħtet dan ir-ritratt b’taħżiż ta’ vleġeġ li jimmarkaw il-qanpiena tad-dar tagħhom.

Minn naħa l-oħra familja minn Tas-Sliema sabu taħżiż li jaqbel ma’ sinjali użati internazzjonalment minn ħallelin. Huma mmedjatament infurmaw lill-pulizija li waslu fuq il-post u bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.

Familja oħra li sabet dan it-taħżiż f’ tas-Sliema għamlu rapport lill-pulizija li kienu fuq il-post fi ftit ħin.

Sliema