Qorti

Sentenza sospiża għal żewġ aħwa li ffrodaw 10 kumpaniji b’ċekkijiet ta’ ħaddieħor

Żewġ aħwa kienu kkundannati sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettew fil-Qorti li ffrodaw 10 kumpaniji billi għamlu użu minn ċekkijiet foloz li kienu ta’ ħaddieħor. Permezz ta’ dawn iċ-ċekkijiet, l-aħwa xtraw settijiet tat-televiżjoni u numru ta’ barbecues. Julian Friggieri, ta’ 34 sena mill-Ħamrun, u Emanuel Friggieri, ta’ 45 sena mill-Furjana, ammettew li ffrodaw sitt kumpaniji. Emanuel waħdu ammetta li ffroda erba’ kumpaniji oħrajn.

Il-kumpaniji huma Crosscraft li ġiet iffrodata €2,324, Tip Top li ġiet iffrodatat €1,020, Cutajar li ġiet ffrodata €1,000 u Homemate li ġiet iffrodata €1,238. Emanuel Friggieri waħdu ammetta wkoll li ffroda €140 lill-kumpanija Tool Box tal-Gżira, €300 lil AAK Grech Limited, €245 lil R.Grech Ironmongery u €276 lil Handyman Center ta’ Birkirkara.

Għaż-żewġ aħwa dehru l-Avukati Michael u Lucio Scriha, filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Rennie Stivala. Il-Qorti ordnat lill-aħwa Friggieri biex jagħtu l-flus lura lill-vittmi li spiċċaw iffrodati.