Lokali

Sqalli ta’ 33 sena arrestat mill-Pulizija

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija waslet għall-arrest ta’ raġel Sqalli li għandu 33 sena u residenti f’San Ġiljan.

Din il-persuna qiegħda tiġi investigata dwar traffikar ta’ madwar tliet kilogrammi ta’ ħaxixa tal-Kannabis u li kienet riżultat ta’ ħidma mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga li bdiet f’Diċembru tas-sena l-oħra u li matula l-Pulizija waslet biex tressaq il-Qorti seba’ persuni Sqallin u akkużathom b’importazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga, f’Malta.