L-attakkant ta’ Juventus Carlos Tevez se jkun qed jifforma parti mill-iskwadra li se tmur għal tour fl-Asja. Matul l-aħħar jiem Tevez ma kienx l-Italja wara li mar lura l-Arġentina minħabba li missieru kien inżamm ostaġġ. Arturo Vidal, plejer li l-futur tiegħu mal-klabb għadu wieħed inċert, ukoll ġie msejjaħ biex imur flimkien mat-tim fl-Asja.
Dan l-istaġun Juventus huma immexija minn Massimiliano Allegri li ħa post Antonio Conte. Juventus jibdew jiddefendu t-titlu li rebħu l-istaġun li għadda bil-logħba kontra Chievo fil-31 ta’ Awwissu.
//= $special ?>

