Illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar (1500hrs) il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’Tal-Barrani, iż-Żejtun minħabba li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku.
Minn ivestigazzjonijiet preliminari jidher li għal xi raġuni żewġ vetturi tat-tip Toyota Vitz u Fiat Punto, li kienu ġejjin minn direzzjoni opposta, kellhom impatt.
Il-vettura tat-tip Toyota Vitz kienet qiegħda tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Marsa minn raġel ta’ 30 sena, residenti Marsaskala, filwaqt li l-vettura l-oħra tal-għamla Fiat Punto kienet qed tinstaq lejn Birżebbuġa minn ragel Taljan ta’ 39 sena, ukoll residenti Marsaskala.
Flimkien mas-sewwieq ta’ 39 sena kien hemm ukoll żewg passiġġiera – mara Taljana ta’ 31 sena, residenti Marsaskala u binha ta’ sentejn.
Fuq il-post issejħu żewġ Ambulanzi li ħadu lil dawn il-persuni l-isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, it-tifel ta’ sentejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-kundizzjoni medika tal-persuni l-oħra għadha mhux magħrufa.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>
