Lokali

Filmat: Tifel mill-Eritrea jinġieb Malta u jkun milqugħ minn missieru

Xeni kommoventi fl-Ajruport Internazjzonali ta’ Malta hekk kif it-tifel mill-Eeritrea li kien qed jgħix fil-Libja wara li tilef lill-ommu inġieb Malta u kien milqugħ minn missieru.

It-tifel inġieb Malta b’ħidma bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Emigranti u wara li tliet ġimgħat ilu t-tifel tilef lill-ommu.

Fil-fatt l-omm mietet hekk kif kienet qed tipprova taqsam mis-Sudan ghal-Libja flimkien ma Eritreani oħra.

Il-missier jgħix Malta bl-għajnuna tal-Kummissjoni Emigranti u fil-fatt ilu jgħix f’Malta sentejn.

Minkejja li l-missier mhux dikjarat refuġjat hu jinghata protezzjoni f”Malta u kellu diffikulta biex ikun jista jingħaqad mat-tifel tieghu f’Malta. Fil-Libja t-tifel kien qed jgħix ma’ żijuh.

Jistennieh b’buzzieqa f’idejh u viżibilment eċċitat, kien għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija li l-missier ingħata l-aħbar li -t-tijira mil-Libja kienet waslet u li għalhekk seta jħaddan lil ibni miegħu.

Qabel inħareġ fis-sala tal-wasliet, it-tifel kien eżaminat minn tabib.

F’kummenti lill-ġurnalisti mal-wasla tat-tifel f’Malta, kelliem għall-familja esprima s-sodisfazzjon tal-missier li issa reġa’ ingħaqad ma’ ibnu wara d-diffikultajiet kollha li għaddiet minnhom il-familja.