Internazzjonali

Aktar minn 300 suldat Ukren kostretti jaqsmu l-fruntiera ġor-Russja

Aktar minn 300 suldat Ukren kienu kostretti jaqsmu l-fruntiera għal ġor-Russja fi ġlied qawwi ma’ separatisti Russi, bl-Ukrajna issa għaddejja bi sforzi diplomatiċi biex dawn ikunu jistgħu jirritornaw lura f’territorju Ukren.

Aktar kmieni r-Russja allegat li s-suldati Ukreni li qasmu l-fruntiera kienu abbandunaw l-Armata Ukrena biex ifittxu kenn fir-Russja, imma dan ġie miċħud mill-awtoritajiet Ukreni.

Riċentement il-Gvern ta’ Kiev kien qed jirnexxielu jieħu lura taħt il-kontroll tiegħu diversi bliet u villaġġi li ttieħdu mir-ribelli, u r-residenti taż-żewġ kapitali ta’ dawn ir-reġjuni issa qed iħejju għal assedju hekk kif il-qawwiet tal-Gvern jinsabu lesti għall-assalt finali fuq dawn iż-żewġt ibliet kruċjali fir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk.